Lisandro Lópezsvg4 Z9200;aewit
| |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 2 ta' Marzu 1983 Buenos Aires | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.74 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Al-Gharafa | ||
Klabbs ġovanili | |||
2001–2003 | Racing Club | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2003–2005 | Racing Club | 70 | (26) |
2005–2009 | Porto | 106 | (49) |
2009–2013 | Lyon | 119 | (59) |
2013– | Al-Gharafa | 0 | (0) |
Tim nazzjonali | |||
2005– | Arġentina | 7 | (1) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 10:42, 13 Awwissu 2013 (UTC) |
Lisandro López (Buenos Aires, 2 ta' Marzu 1983), magħruf sempliċement bħala Lisandro, huwa futboler Arġentin li jilgħab bħala attakkant għal Al-Gharafa fil-Qatar.
Werrej
- 1 Karriera
- 1.1 Racing Club
- 1.2 Porto
- 1.3 Lyon
- 2 Internazzjonali
- 3 Statistika
- 4 Unuri
- 4.1 Klabb
- 4.2 Individwali
- 5 Referenzi
- 6 Ħoloq esterni
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Racing Club[immodifika | immodifika s-sors]
Lisandro beda l-karriera tiegħu ma' Racing Club de Avellaneda, fl-ewwel diviżjoni Arġentina. Matul l-edizzjoni tal-2004 tal-Apertura hu kien l-aqwa skorer tal-kampjonat.
Porto[immodifika | immodifika s-sors]
Eventwalment, López ittrasferixxa għal ma' Porto għas-somma ta' €2.5 miljun. Wara l-ewwel staġun fejn minn 26 dehra fil-kampjonat irritorna biss 7 gowls, hu sar pedina importanti għall-klabb Portugiż, fejn skorja diversi gowls importanti, fosthom l-ewwel gowl tiegħu fil-UEFA Champions League kontra Rangers u żewġ gowls fil-partita ġewwa darhom kontra Hamburg fl-istaġun segwenti tal-kompetizzjoni.
Fl-2007–08, Porto ġew inkurunati ċampjins nazzjonali għat-tielet sena konsekuttiva, b'López ikun l-aqwa skorer tal-kampjonat b'24 minn 27 logħba. Il-vena tal-gowls ma wafqitx biss fil-konfini Portugiżi, iżda wkoll fl-Ewropa meta fil-kampanja tal-UEFA Champions League 2008–09, spiċċa wara Lionel Messi, Steven Gerrard u Miroslav Klose fil-lista tal-aqwa skorers b'sitt gowls.[1]
Lyon[immodifika | immodifika s-sors]
Nhar is-7 ta' Lulju, López ingħaqad għal somma ta' €24 miljun ewro mal-klabb Franċiż ta' Lyon.[2] Fit-8 ta' Awwissu 2009, Lisandro skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-ewwel dehra tiegħu mal-klabb, meta skorja free-kick fid-90 minuta f'konfront barra minn darhom kontra Le Mans biex kiseb skor finali ta' 2–2. Lopéz skorja wkoll penalty fl-ewwel leg tar-rawnd preliminarju tal-UEFA Champions League kontra Anderlecht, waqt li fil-partita ta' ritorn skorja tripletta fl-ewwel taqsima.[3]
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-2005, Lisandro ġie msejjaħ mill-kowċ tat-tim nazzjonali Arġentin José Pekerman fejn iddebutta fil-partita kontra l-Messiku tal-10 ta' Marzu 2005, li ntemmet 1–1. Wara li bil-mod il-mod beda jħalli l-marka tiegħu mat-tim ta' Porto, Alfio Basile sejjaħlu għal-logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Eġittu, il-Messiku, l-Istati Uniti u l-Belarus. Fit-12 ta' Awwissu 2009, Lisandro skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk tal-Albicelestes fir-rebħa ta' 3–2 fuq ir-Russja.
Statistika[immodifika | immodifika s-sors]
- Sal-21 ta' Settembru 2012
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Ewropa | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Racing Club | 2002–03 | 3 | 0 | – | – | – | 1 | 1 | |||
2003–04 | 30 | 8 | – | – | – | 30 | 9 | ||||
2004–05 | 37 | 18 | – | – | – | 36 | 21 | ||||
Total | 70 | 26 | – | – | – | 68 | 31 | ||||
FC Porto | 2005–06 | 26 | 7 | 1 | 0 | – | 2 | 1 | 29 | 11 | |
2006–07 | 25 | 8 | 0 | 0 | – | 8 | 3 | 33 | 14 | ||
2007–08 | 27 | 24 | 4 | 0 | 0 | 0 | 8 | 3 | 39 | 28 | |
2008–09 | 28 | 10 | 4 | 1 | 0 | 0 | 10 | 6 | 42 | 19 | |
Total | 106 | 49 | 9 | 1 | 0 | 0 | 28 | 13 | 143 | 71 | |
Lyon | 2009–10 | 33 | 15 | 2 | 0 | 2 | 2 | 12 | 7 | 49 | 24 |
2010–11 | 27 | 17 | 2 | 0 | 1 | 0 | 5 | 2 | 35 | 19 | |
2011–12 | 28 | 16 | 6 | 7 | 3 | 1 | 6 | 1 | 43 | 26 | |
2012–13 | 4 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 1 | 5 | 3 | |
Total | 92 | 50 | 10 | 7 | 6 | 3 | 24 | 11 | 132 | 71 | |
Total tal-karriera | 268 | 125 | 19 | 8 | 6 | 3 | 52 | 24 | 345 | 160 |
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
Porto
- Primeira Liga: 2005–06, 2006–07, 2007–08, 2008–09
- Taça de Portugal: 2005–06, 2008–09
- Supertaça Cândido de Oliveira: 2006
Lyon
- Coupe de France: 2011–12
Individwali[immodifika | immodifika s-sors]
- Plejer Portugiż tas-Sena: 2007–08
- Plejer tas-Sena tal-Ligue 1: 2009–10
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Ingliż) Top Scorers List. UEFA.com. Aċċess tal-URL: 12-08-2009.
- ^ (Portugiż) Acordo com o Lyon para a transferência de Lisandro, 07-07-2009.
- ^ (Ingliż) Lisandro fills Benzema void. ESPN, 26-08-2009. Aċċess tal-URL: 26-08-2009.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Profil fuq National Football Teams
- Statistika ta' Lisandro López